Celtic rebħu l-ewwel unur tal-istaġun meta tard il-Ħadd rebħu 2-0 kontra Motherwell. It-tim immexxi minn Brendan Rodgers fetaħ l-iskor fil-50 minuta u kien il-winger James FORREST li sab ix-xibka.
Żewġ minuti qabel is-siegħa logħob Celtic ingħataw penalty meta Cedric Kipre waqqa’ lil Scott Sinclair fil-kaxxa. Mill-11-il metru DEMBELE ma żbaljax biex poġġa lil Celtic 2-0 minn fuq.
Fl-istess azzjoni r-referee keċċa lil Kipre u b’hekk kienet aktar faċli għal Celtic li jiddefendu dan il-vantaġġ sat-tmiem.
Ta’ min jiftakar li ftit jiem qabel Celtic kienu għadhom kemm tilfu 7-1 kontra PSG fiċ-Champions League u bla dubju din ir-rebħa kienet l-aqwa reazzjoni li setgħu jagħmlu. Celtic issa ilhom 65 logħba ma jitilfu fl-Iskozja.
//= $special ?>