Mill-inqas 53 persuna inqatlu f’attakki mill-qawwa tal-ajru Russa fil-Lvant tas-Sirja f’dawn l-aħħar siegħat. L-Osservatorju Sirjan dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tirrapporta li 21 minn dawk li nqatlu l-Ħadd filgħodu f’dawn l-attakki kienu tfal.
Iktar kmieni, ir-Russja ikkonfermat li kienet ibbumbardjat iz-zona iżda saħqet li l-mira tal-attakki mill-ajru kienu qagħdiet ta’ gruppi militanti. Ir-rapporti ta’ mwiet ċivili għad iridu jiġu verifikati.
Iz-zona fejn qed isiru l-attakki ilha taħt assedju għal diversi snin u madwar 400,000 persuna jinsabu f’qagħda mwiegħra għall-aħħar fejn qed joħorġu rapporti ta’ persuni imutu bil-ġuħ.
//= $special ?>

