L-attakkant Arġentin ta’ Juventus Gonzalo Higuain mhux se jilgħab fil-partita tal-Ġimgħa filgħaxija kontra Napoli. Dan wara li lbieraħ għamel operazzjoni ta’ f’idu x-xellugija.
Il-partita hi importanti ħafna għaż-żewġ timijiet.
Rebħa għal Napoli tkun tfisser seba’ punti vantaġġ fuq l-istess Juventus filwaqt li rebħa għal Juventus tkun tfisser li dawn ikunu punt taħt Napoli.
Napoli għadhom ma tilfux partita fil-Kampjonat tas-Serie A f’dan l-istaġun.
//= $special ?>