Fir-Renju Unit dalgħodu tħabbar li l-Prinċep Harry u l-attriċi Amerikana Megan Markle se jiżżewwġu fir-Rebbiegħa tas-sena d-dieħla.
L-aħbar ħarġet minn Clarence House, fejn ingħad ukoll li l-koppja tgħarrset aktar kmieni dan ix-xahar.
Fl-istqarrija jingħad li kien il-Prinċep Harry nnifsu li ta l-aħbar lir-Reġina Eliżabetta II u membri oħra tal-familja, hekk kif talab ukoll il-kunsens tal-ġenituri ta’ Markle.
Filwaqt li aktar dettalji dwar it-Tieġ Irjali se jkunu qed jingħataw fil-futur qrib, fl-istqarrija ngħad ukoll li l-koppja se jkunu qed jgħixu f’Notthingham Cottage ta’ Kensington Palace.
Fi stqarrija, il-ġenituri tal-attriċi Thomas Markle u Doria Ragland esprimew il-ferħ tagħhom għall-koppja, li ddeskrivew bħala qalbhom tajba.
Filwaqt li awgurawlhom futur sabiħ flimkien, qalu li huma ferħana b’din l-għaqda bejn it-tnejn.
U min-naħa tagħhom, kemm ir-Reġina Eliżabetta II u d-Duka ta’ Edinburgh, kif ukoll id-Duka u d-Dukessa ta’ Cambridge ukoll esprimew il-ferħ tagħhom għal din l-aħbar, filwaqt li qalu li huma kuntenti ħafna li saru jafu lil Megan.
//= $special ?>

