Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo u l-Ministru tal-Ambjent Josè Herrera ċaħdu li huma indaħlu fl-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar każ ta’ whistle blower.
Dawn is-dikjarazzjonijiet saru fil-parlamnet llejla għla mistoqsijiet parlamentari tad-deputati Nazzjonalisti Beppe Fenech Adami, Mario de Marco u Jason Azzopardi li staqsew dwar rapporti ta’ indħil ministerjali f’każ ta’ whistle blower.
Il-Ministru Josè Herrera qal li ma segwix il-każ ta’ whistle blower u sostna li hu mhux involut f’indħil fl-investigazzjonijiet.
Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami staqsa jekk il-Prim Ministru laqqax il-Kabinet biex jistaqsi lill-ministri kollha jekk indaħlux f’xi investigazzjoni kriminali. Il-Ministru tal-Ambjent wieġeb li l-Kabinet tal-Ministri se jiltaqa’ għada. Hu qal li fi tmiem il-ġimgħa hu ħa brejk mill-politika u ma segwix waqt li sostna li hu ma kinx involut jew ikkuntattjat f’xi investigazzjonijiet. Mistoqsi jekk qattx intervjena f’xi interrogazzjoni, il-Ministru Herrera qal li hu qatt ma intervjena f’xi invstigazzjooni fil-Korp tal-Pulizija.
Il-Ministru Evarist Bartolo kien mistoqsi dwar il-każ tal-ex uffiċjal tal-FIAU Jonathan Ferris u qal li hu qatt ma intervjena f’dawn l-investigazzjonijiet.
//= $special ?>