Madwar 100,000 persuna li jgħixu qrib il-Muntanja Agung fuq il-gżira ta’ Bali ngħataw direttiva biex jevakwaw, meta l-awtoritajiet kienu qed jistennew żbroff ‘enormi’ mill-istess muntanja li hi vulkan attiv. L-awtoritajiet, intant, għollew l-istat tal-allert għall-ogħla livell waqt li żiedu z-zona tal-esklużjoni madwar il-vulkan.
L-ajruport ta’ Bali ngħalaq waqt li eluf ta’ barranin baqgħu iżolati f’din il-gżira li hi magħrufa bħala zona turistika ewlenija.
Id-dħaħen u l-ġmied mill-vulkan qed ibewwġu sa għoli ta’ 3,400 metru ‘il fuq mill-quċċata tal-Muntanja Agung. Dan waqt li l-uffiċjali wissew lir-residenti tal-madwar biex jibqgħu lura minn ċerti nħawi waqt li l-ġebel u l-lava dehru neżlin minn mal-ġenb tal-muntanja.
L-awtoritajiet għall-immaniġġjar ta’ emerġenzi nazzjonali żiedu l-allert għal ‘livell erba’ u qalu li l-inħawi ta’ Bali kienu ‘taħt theddida ta’ diżastru’ mill-vulkan. Dan meta ‘l-akbar żbruffatura’ mill-vulkan kienet qed tidher imminenti.
Intant, l-esperti qalu li diffiċli biex wieħed ibassar l-attività ta’ vulkan inkella kif is-sitwazzjoni tista’ tiżviluppa.
//= $special ?>

