Lokali Parlament

Mhux biss liġijiet tajbin fuq il-karta iżda pajjiż li jiggarantixxi l-libertà tal-espressjoni

– Karl Gouder, PN

Il-pajjż mhux biss għandu jkollu liġijiet tajba iżda l-Gvern għandu jassigura pajjiż li fih kulħadd iħossu komdu li jitkellem; pajjiż normali u pajjiż Ewropej.

F’diskors fid-dibattitu parlamentari dwar il-media u l-malafama d-deputat Nazzjonalista Karl Gouder tkellem dwar l-ewwel abbozz tal-liġi u sostna li l-verità hi li l-ewwel abbozz kien diżastruż li fih il-gvern ipprova jieħu s-saħħa kollha u ried jikkontrolla l-media. Dik il-verżjoni kienet se tpoġġi lil Malta fil-livell tal-Korea ta’ Fuq, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla l-ġurnalisti u kull min għandu informazzjoni li tista’ timbarazza lill-politiċi jrid ikollu l-protezzzjoni kollha.

Hu semma lill-ex uffiċjal tal-FIAU Jonathan Ferris li qed jgħid li għandu informazzjoni sensittiva u qal li l-pajjiż għandu jagħti l-protezzjoni kollha meħtieġa. Kull min jagħmel l-affarijiet b’intenzjoni tajba m’għandux għalxiex jibża’. L-Oppożizzjoni ilha perjodu taqbel li jitneħħa l-libell kriminali.

Karl Gouder semma s-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli li qed jiffaċċjaw diversi media houses u qal li jrid ikun assigurat li dawn ma jagħux taħt it-theddid ta’ setturi kummerċjali li jfifinanzjahom peremzz tar-riklami. Id-deputat Nazzjonalista kompla li r-rwol tal-IĠM fil-kunetst tal-klassifkazzjoni tal-ġurnalisti u responsabbiltajiet oħra. Is-sitwazzjoni għandha tkun waħda li fiha l-Gvern għandu jkollu kontroll mill-inqas.

Karl Gouder kompla li ifl-pajjiż hawn ir-realtà tal-parlamnent fejn jitressqu l-liġijiet u r-realtà ta’ barra li hi differenti ħafna. L-Oppożizzjoni ilha għaddejja minn ġlieda biex il-pajjiż ikollu istituzzjonijiet li jiffunzjonaw. Il-karba tan-nies bħalissa hi biex il-pajjiż ikun wieħed normali.

Karl Gouder tkellem ukoll dwar il-ġurnaliżmu taċ-ċittadin u qal li għandu jkun assigurat li kull min iwassal il-messaġġ tiegħu jkollu l-protezzjoni meħtieġa. Minkejja l-avvanzi li saru, kull soċjetà għandha bżonn il-media hosues li jinvestigaw u jivverifikaw is-sorsi tagħhom.

Tags