Lokali

Naxxarin urtati għall-aġir tal-Ministru Farrugia

Il-karozza tal-Ministru timblokka d-daħla tal-isqaq

Numru ta’ Naxxarin residenti fi Triq is-Salib jinsabu urtati għall-mod li bih il-Ministru tal-Intern Michael Farrugia qed iħalli l-karozza tiegħu pparkjata għal ġranet sħaħ f’post fejn mhux sippost jipparkjaw il-karozzi immarkat bil-kliem KEEP CLEAR.

Il-karozzi li qed taraw f’dawn ir-ritratti huma tat-tabib Farrugia, il-Ministru ta l-Intern u tal-partner tiegħu. Dawn jinsabu ipparkjati fi Sqaq Numru 1 ta’ Triq is-Salib in-Naxxar, u skont numru ta’ residenti “ilhom hemm ħamest ġimghat”

Oħrajn qalulna illi kien hemm residenti li qalgħu ċitazzjoni fuq single yellow line li jinsab xi 30 metru ‘l fuq. Meta kellmu lill-gwardjan tal LESA dwar il-karozza tal-Ministru, dan qalilhom “dawn għandhom prijorita assoluta”.

Skont sorsi, il-Kunsill ma ħariġx permess għal dawn il-kaxxi s-sofor.

Dawn ir-ritratti ġew meħuda fi ġranet differenti tul din l-aħħar ġimgħa.