Id-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil qal li fil-pajjiż qed jirrenjaw il-biża’, it-theddid u l-insulti.
Meta kien qed jitkellem fil-parlament fid-dibattitu dwar il-media u l-malafama l-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li l-PN kien ħareġ kontra l-ewwel abbozz ta’ liġi dwar il-mefia u l-malafama u qal li l-liġi li tressqet issa tagħmel ċertu bidliet bħal ma neħħiet il-proposta orġinali li kull min hu involut fil-media jrid jirreġistra mal-Gvern. Din kienet se tpoġġi l-pajjiż viċin il-Forea ta’ Fuq, ir-Russja u ċ-Ċina mili lejn pajjiż tal-UE. Se jitneħħa wkoll il-mandat ta’ sekwestru biex ma jsirx kif għamel il-Ministru Chris Cardona fil-konfront ta’ Daphne Caruana Galizia. Din hi liġi li għandha differenzi minn dik li kienet qabel u tinkludi avvanzi pożittivi.
Id-deputat Nazzjonalista qal li fir-realtà l-libertà tal-espressjoni fil-pajjiż inqatlet b’dak li seħħ fil-konfront ta’ Daphne Caruana Galizia. Hu qal li bil-qtil ta’ Daphne Carunaa Galizia intwera li dan mhux pajjiż tat-tolleranza u li fih il-poplu jista’ jesprimi lilu nnifsu bil-libertà. Bil-barka ta’ Kastilja u mħallsa mit-taxxi tal-poplu, id-deputat Laburista Glen Bedingfield imexxi wieħed mill-iktar blogs ta’ kliem ta’ mibgħeda lejn persuni pubbliċi.
Simon Busuttil qal li d-deputat Laburista Glen Bedingfield għamel attakk kontra l-Arċisqof għaliex dan tkellem dwar il-valur tal-verità li jfisser li pajjiż għanud jitmexxa minn gvern ġust u trasparenza għax min mhux mal-verità hu mal-gideb. Il-poplu mhux jgħix il-libertà tal-espressjoni u għalhekk din il-liġi tistona mal-liġi li qed iressaq il-gvern għaliex fis-soċjetà hemm klima ta’ biża, attakki u qtil.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li Daphne Caruana Galizia inqatlet minħabba li kkritikat f’pajjiż li hu miżgħud b’attakki, insulti u anki qtil. Fost dawk li hemm attakki hemm l-MEP Roberta Metsola u Michael Brigulio, li qal li kien ixxukkjat meta xi ħadd waqaf jgħajru f’Tas-Sliema. Hu qal li anki lilu jgħajjruh u jinsulentawh u espriema solidarjetà ma’ dawk kollha li qed jiġu mhedda b’dan il-mod.
It-Times ta’ Londra ħabbret li l-Gvern Malti qed jipprova jaħbi u jżomm lill-ex uffiċjal tal-FIAU Jonathan Ferris milli joħroġ informazzjoni dwar rabtiet illegali bjen Malta l-Ażerbajġan. Jonthan Ferris għadu kif qal li kien sofra indħil ministerjali fix-xogħol tiegħu meta kien pulizija. Ferris tkeċċa mix-xogħol wara li kien tkellem il-Ministru tal-Finanzi Edwrrd Scicluna.
Hemm rapport ieħor fit-Times ta’ Londra li jikkwota lill-whistle blower Russja fil-każ ta’ Egrant li ddikjarat li jekk tiġi Malta tispiċċa mejta. Il-Gvern għandu jagħti kull protezzjoni lil Ferris u lill-whistle blower Russa u mhux jara li dawn jispiċċaw f’sitwazzjoni ta’ iżolament tant li jkollhom jagħlqu ħalqhom. Il-gvern jikkontrolla l-PBS, iwettaq assassinju tal-karattru ta’ politiċi fuq il-One, għandu ‘l-orizzont’ u qed jixtri bir-riklami lill-media inidpendenti. Is-sitwazzjoni fil-pajjiż waħda hi ta’ kontroll u dominju tal-gvern fuq il-media.
Il-gvern qed iwettaq abbuż mis-segretezza tal-FIAU fejn hemm numru ta’ rapporti tal-FIAU li jimplikaw nies bħal Konrad Mizzi, Keith Schembri iżda l-Gvern jaħbihom minħabba s-segretezza tal-FIAU. Hemm rapporti tal-FIAU dwar flejjes li għaddew mill-kumpanija tat-tanker tal-LNG għall-kumpanija 17 Black u destinati għall-kumpaniji ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri. Dan hu abbuż mis-segretazza tal-FIAU u l-pubbliku għandu jkun jaf b’dawn ir-rapporti propju fl-interess pubbliku.
Simon Busuttil sfida lill-Gvern biex jippubblika dan ir-rapport tal-FIAU dwar Keith Schmebri u Konrad Mizzi.
Id-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil kompla li hawn kumpaniji b’saħħihtom bħal Henly & Partners u l-Bank Pilatus li bil-barka tal-PL u taċ-Chief of Staff li qed jheddu b’kawżi fil-qorit barra minn Malta. Fost dawn kien hemm Daphne Caruana Galizia u Jason Azzopari. Dawn huma kawżi li jsiru apposta kontra politiċi u kontra kull min irid il-libertà tal-espressjoni. Hu appella lill-gvern biex ibiddel il-liġi u jaċċetta diversi mendi biex ikun żgurat li dawn il-kumpaniji ta’ saħħa finanzjarja ma jkunux jistgħu jagħmlu kawżi.
//= $special ?>