Lokali Unjoni Ewropea

Roberta Metsola magħżula waħda mill-aqwa għaxar mexxejja żgħażagħ tas-sena fl-UE

L-Ewroparlamentari Maltija Roberta Mestola ingħażlet waħda mill-mexxejja Ewropej tas-sena mill-pajjiżi tal-UE.

Roberta Metsola qalet li tinsab kburija għal din l-għażla minn fost l-ewwel għaxar mexxejja żgħażagħ Ewropej din is-sena. Hi sostniet li din tikkonferma x-xogħol li qed jitwettaq fil-parlament Ewropej biex titjieb il-kwalità tal-ħajja tal-popli fl-Ewropa.

Metsola kompliet li din l-għażla tikkonferma li fl-Ewropa jgħoddu l-ideat u kemm wieħed ikun lest li jaħdem biex jiksibhom u mhux id-daqs ġeografiku tal-pajjiż.

Din l-għażla tipprovdi pjattaforma oħra għalija biex inkompli nirrappreżenta lill-poplu Malti u Għawdxi, sostniet Roberta Metsola, li komplet li qed tħares ‘il quddiem li tiddibatti l-isfidi preżenti quddiem l-UE partikolarment fir-rispett lejn is-saltna tad-dritt u d-diskussjoni dwar soluzzjonijiet biex l-UE ittejjeb il-ħajja taċ-ċittadini.

L-avveniment annwali Mexxejja Ewropej tas-Sena jkun organizzat mill-grupp ta’ ħassieba Friends of Europe.

Il-kontestanti jinkludu wkoll lill-Ġermaniz Bastian Obermayer, li kien wieħed mill-ġurnalisti ewlenin li rrapportaw dwar il-Panama Papers.

Aktar kmieni dan ix-xahar, Roberta Metsola kienet klassifikata fost l-aktar għaxar MEPs attivi mill-MEPRanking.eu u waħda mill-iktar MEP attivi fil-parlament Ewropew.