– Karol Aquilina, PN
Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina sostna li mil-liġi għandu jitneħħa t-terminu ta’ 10 snin li fihom jistgħu jittieħdu passi kontra min jattakka lill-mejtin.
Fid-dibattitu parlamentari fuq il-liġi dwar il-media u l-malafama, id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal li dan hu t-tieni abbozz wara li l-ewwel abbozz kien punti kontroversjali li qajjem dibattitu u kritika qawwija fil-pajjiż. Hu tkellem dwar il-malafama fuq persuni mejta u qal li fl-ewwel abbozz kien hemm id-dritt dwar l-eredi li jkunu inġurjati serjament.
Dan l-aspett tneħħa mit-tieni abbozz. Fil-liġi l-eredi ta’ persuni mejta jistgħu jagħmlu kawża għad-danni jekk ikunu malafamanti. Dan id-dritt kien diġà jeżisti u prattikat minkejja li ma kinx miktub. Hu kkritika l-fatt li ddaħħal il-limitu ta’ 10 snin meta qabel għax iż-żmien hu irrilevanti meta xi ħadd joffendi persuna li hu mejjet. Dan hu pass lura fil-liġi. Fil-kultura Ewropea, il-mejtin ikunu dejjem rispettati.
Fl-Italja hu reat li persuna jitkellem dwar il-mejtin waqt li fil-Ġermanja hu reat kriminali li xi ħadd jitkellem fuq il-mejtin. Hu qal li ma jaqbilx li jkun hemm azzjoni kriminali kontra persuna li titkellem fuq il-mejtin. Il-Qorti Ewropea ġieli tkellmet dwar dawn il-kawżi iżda fil-fatt dawn huma kwistjonijiet ċivili iktar milli jidħlu fil-kamp penali.
Karol Aquilina appella biex it-terminu ta’ 10 snin jitneħħa u jkunu l-qrati li jagħmlu analiżi f’kull każ u f’kull ġudizzzju li jkun hemm.
//= $special ?>