Futbol Sport

FUTBOL – It-trofew tat-Tazza tad-Dinja f’Malta

Matul is-sena li ġejja, t-trofew oriġinali tat-Tazza tad-Dinja se jkun f’pajjiżna.

Matul is-sena li ġejja, t-trofew oriġinali tat-Tazza tad-Dinja se jkun f’pajjiżna. Din se tkun okkażjoni li żgur kull dilettant tal-futbol m’għandux jitlef.

Wara 26,000 kilometru f’123 jum jdur f’24 belt differenti madwar il-pajjiż tar-Russja, it-trofew se jdur mad-dinja kollha inkluż Malta. Fi ftit jiem fir-Russja raw dan it-trofew mhux inqas minn 220,000 ruħ.

Iċ-chairman tal-V18, Jason Micallef, ikkonferma dan fuq il-midia soċjali u qal li t-Tazza tad-Dinja se tkun esebita fil-Belt Valletta s-sena d-dieħla.

Ta’ min jiftakar li l-Belt Valletta se tkun il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura għall-2018.
Wara li, fit-22 ta’ Jannar li ġej, it-trofew se tkun esebita fil-belt ta’ Londra fir-Renju Unit, jibda l-vjaġġ għal 51 pajjiż inkluż Malta fis-sitt kontinenti kollha.

It-trofrew tat-Tazza tad-Dinja imbagħad se terġa’ lura lejn ir-Russja fix-xahar ta’ Mejju tas-sena d-dieħla, proprju xahar biss qabel il-kompetizzjoni meta se żżur disa’ bliet oħra li huma Vladivostok, Novosibirsk, Ekaterinburg, Samara, Kazan, Nizhny Novgorod, Rostov-on-Don, St Petersburg u jintemm fil-kapitali Moska.