– Beppe Fenech Adami, PN
Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li minkejja l-liġi li l-gvern qed iressaq dwar il-media u l-malafama, il-ġurnalisti li jikkritikaw lill-gvern jinsabu taħt attakk dirett minn uffiċjali tal-Gvern minn Kastilja.
Fid-dibattitu parlamentari dwar il-liġi tal-media u l-malafama Beppe Fenech Adami qal li l-Oppożizzjoni se tivvota favur il-liġi għaliex fiha proposti li bilfors trid taqbel magħhom u li ftit xhur ilu ma kinux parti minn din il-liġi. Bil-liġi qed jitneħħa l-libell kriminali, li qed testendi l-protezzjoni tas-sorsi, li tneħħi l-mandatt ta’ sekwestru u li tintroduċi l-kunċett tal-medjazzjoni.
Id-deputat Nazzjonalista qal li filwaqt li l-parlament qed jagħmel din il-liġi hemm realtà oħra fil-pajjiż. Sal-lum, li kien għall-ministru tal-kabinet preżenti, għad hemm sekwestru fil-konfront ta’ Daphne Caruana Galaizia għal €48,000. Il-Ministru Cardona għadu m’għamilx kontro mamndat u għalhekk ma jistax ikun li d-deputati tal-gvern imorru l-parlment u ma jirrikonoxxux din is-sitwazzjoni. Kien il-poplu li ġabar il-flus biex il-flus ta’ Daphne Caruana Galizia ma jibqgħux iffriżati.
Għal xhur sħaħ b’mod intenzjonat minn Kastilja qed isiru gwerer fil-konfront ta’ ġurnalisti li jazzardaw jieħdu pożizzjoni soda kontra l-Gvern. Din hi sitwazzjoni li tfakkrek f’pajjiżi bħat-Turkija, ir-Russja u ċ-Ċina. F’Kastilja hmem sistema organizzata u strutturata biex ikunu attakkati l-ġurnalisti. F’Kastilja hemm nies li huma mħallsa minn flus il-poplu biex ikissru lill-ġurnalisti.
Daphne Caruana Galizia ma waqfitx tikxef il-każi ta’ korruzzjoni mwellda u mwettqa f’Kastilja u kixfet l-iskandlu tal-Panama Papers. Ir-reazzjoni tal-magna f’Kastilja kienet immedjata fejn Glen Bedingfield għamel karriera bi pjan kif ikisser u jiskredita lil Daphne Caruana Galizia. Jirriżulta li Glen Bedingfield, minn Kastilja, kiteb 67 artiklu ta’ attakki u żeblih fuq Daphne Caruana Galizia.
Hu kompla li kien hemm kampanji sistematiċi organizzati minn Kastilja biex jiskreditaw u jiddemonizzaw lil Daphne Caruana Galizia. Glen Bedingfield kien jinsulenta lil Daphne Caruana Galizia kontinwament b’aġġettivi koroh fil-kampanja organizzata minn Kastilja bil-posts isiru waqt il-ħin tax-xogħol. Din il-kampanja saret mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Dan wassal biex nofs il-poplu li kien mgħawwi kontra Daphne Caruana Galizia. Wara dan inqatlet Daphne Caruan Galizia u kien hemem min ikkummenta li kien kuntent li nqatlet Daphne Caruana Galizia.
Inħolqot mibgħeda orgnaizzata kontra Daphne Caruana Galizia minn Kastilja. Kampanji oħra nħolqu wkoll kontra ġurnalisti oħra li jiktbu kontra l-gvern. Fost dawn hemm Neville Gafa, li hu magħruf għal skandli u li jagħmel posts fil-konfront tal-ġurnalisti ta’ gazzetti indipendenti li jikkritikaw il-gvern.
Lejliet li nqatlet Daphne Caruana Galizia, Neville Gafa kien qed jippostja ritratti ta’ Daphne Caruana Galizia tieħu l-kafè ma żewġha fil-Floriana. Neville Gafa hu uffiċjal pubblika mħallas mit-taxxi tal-poplu u hu viċin Joseph Muscat. Għalhekk ħadd ma jista’ għalih. Il-Prim Ministru ma jwaqqafx dawn l-attakki anzi jagħti promozzjonijiet li min jagħmel dawn l-attakki.
Beppe Fenech Adami semma r-Russja u qal li r-reġim ta’ Putin jimpjega 600 persuna speċifikament biex jużaw il-media soċjali u jagħmlu kumemnti kontra l-Oppożizzjoni u jfaħħru lill-gvern. Fiċ-ċina kien hemm 448 miljun kumment fil-media soċjali li kienu orkestrati mill-Gvern biex jattakkaw lill-Oppożizzjoni.
Fit-Turkija hemm 6,000 persuna tal-gvern li huma speċifikament imħarrġa biex kuljum jitfgħu l-kummenti tagħhom biex jikkundizzjonaw id-diskussjoni fil-media. Hu sfida lill-gvern jgħid jekk hux minnu li f’kull ministeru hemm nies li għandhom accounts u fake profiles u fake tweeter accounts li b’mod stutturat.
F’Mejju l-Ministru Bonnici kien qed jikkonfoffa ma’ Henley & Partners biex tinfetaħ kawża kontra Daphne Caruana Galizia u Jason Azzopardi fl-Ingilterra. Dan flimkien mal-Prim Ministru, Keith Schmebri u Jonathan Cardona. Beppe Fenech Adami qara emails bejn Henley & Partners, il-Prim Ministru u l-Ministru Owen Bonnici li minnhom jirriżulta l-pjan biex isiru l-kawżi kontra Jason Azzopardi biex ikunu irtirati d-dikjarazzjonijiet dwar il-bejgħ tal-passaporti.
Dan filwaqt li l-Ministru Bonnici kien qed jippjana din il-liġi. Kien hemm email ta’ Daphne Caruana Galizia lill-Prim Ministru, lil Keith Schembri u lill-Ministru Owen Bonnici fil-31 ta’ Mejju 2017 li fiha hi qalet li għandha evidenza ta’ emails ta’ Henly & Partners. Fl-emails ta’ Henley & Partners il-Prim Ministru kien wieġeb fil-pożittiv biex tinfetaħ il-kawża kontra Daphne Caruana Galizia u Jason Azzopardi.
Fuq punt ta’ psjegazzjoni l-Ministru Bonnici qal li hu kien ikollu laqgħat ta’ kortesija ma’ Chris Kalin ta’ Henley & Partenrs li miegħu bena rapport tajjeb. Fost affarijiet oħra li semmielu Kalin kien hemm sitwazzjoni li fiha qed jiġi mgħajjar korrott, sostna l-Ministru Bonnici, li kompla li Kalin qallu li kien qed jikkunsidra li jieħu azzjoni ċivili. Il-Ministru Bonnici qal li lil Kalin la qallu iva u lanqas le dwar il-passi fil-qorti. Il-Ministru Bonnici kkonferma li kienet intbagħtet email dwar dak li intqal.
//= $special ?>