– Ivan Bartolo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bratolo qal li l-Gvern Laburista mhux jifhem lill-persuni li qed jgħixu fil-faqar.
Fl-Aġġornament tal-parlament Ivan Bartolo qal li min hu komdu ma jistax jifhem lill-persuni li huma fil-faqar. Hu kompla li min jaqla’ l-eluf ma jimpurtahx mill-bnedmin li d-dħul tagħhom mhux biżżjjed fosthom minħabba l-kirjiet għoljin.
Il-Gvern hu fid-dmir li jara s-sejħa u l-uġigħ ta’ dawn il-persuni vulnerabbli. Il-faqar ikompli jgħolli rasu anki għal dawk li kienu qed jgħixu fi djar kbar li 40 sen ilu ma riedhom ħadd iżda issa s-sidien qed jitfgħu lill-anzjani barra fit-triq biex jikru d-djar b’tariffi ferm ogħla.
Dan meta l-persuni li kienu jgħixu fihom nefqu l-flus biex żammwhom. Fost dawn hemm djar fl-Imdina. Din hi problema soċjali ġdida li qed tinħoloq fil-pajjiż. Il-Qorti qed tiddeċiedi kontra dawn l-inkwilini.
Il-gvern għandu jintervjeni f’dawn is-sitwazzjoni għaliex dawn se jeffettwaw ħafna koppji anzjani. Għandu jkun il-gvern li jħallas id-differenza bejn il-kera preżenti tagħhom illum u l-kera preżenit fuq is-suq. Għandha issir liġi biex koppji f’din is-sitwazzjoni ma jitkeċċewx. Bl-ebda mod ma qed jingħad li l-inkwilin għandu jibqa’ fil-post għad-detriment ts-sid.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern għandu juża s-surplus f’dan is-settur u sostna li fil-pajjiż hawn il-biża’ li n-nies titkellem.
Hu tkellem dwar l-importanza tal-kenn lill-familji li se jippiċċaw bla djar u dwar il-persuni li jgħixu barra t-triq. Dawn isiru minħabba problemi soċjali li hawn fil-pajjiż. L-Awtorità tad-Djar għandha impenn soċjali li tkun preżenti biex ittejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ min jeħtieġ l-għajnuna biex il-persuni jgħixu ħajja diċenti u dinjituża.
Għandha titħejja politika għal dan is-settur għaliex il-lista ta’ akkomodazzjoni soċjali baqgħet dejjem tiżdied. Fl-ewwel erba’ snin ta’ gvern Laburista ma sarx xejn fl-akkomodazzjoni soċjali. Illum hawn 3100 każ soċjali ta’ talbiet għal djar. Għandu jsir ukoll pro-filing dwar il-persuni li qed japplikaw. Għalhekk il-pajjiż mhxu qed joffri s-soluzzjonijiet li hemm bżonn.
L-isfida hi li jkun hemm struttturi biex jilqgħu lin-nies bla djar, li joħorġu mill-ħabs u li joħorġu mill-vizzji. Għndha tinkiseb l-informazzjoni dwar l-anzjani biex ikun garantit li dawn qed jgħixu fi kwalità tal-ħajja kif meħtieġ.
Illum fil-pajjiż hawn faqar modern fejn il-fmailji ma jistgħux jixtru oġġetti diġitali essenzjali. Hu semma l-kunsilli lokali u qal li l-kunsilli bilfors iridu jagħżlu l-irħas offerti fejn il-kunsilli jħallsu persuni bil-prekarjat. Din għandha bżonn tkun irranġata, sostna Ivan Bartolo, li qal li dawn huma bnedmin fqar li permess tagħhom il-lokalitajiet ikunu nodfa. Il-ħaddiema tal-community sheme qed jagħmlu xogħol tajjeb iżda huma bla motivazzjoni. Da hu faqar modern. Min għandu l-poter irid iħares lejn il-ġid komuni.
Ivan Bartolo qal lin-nies li japplikaw għall-postijiet qed jgħidulhom biex ikabbru l-għażla tal-lokalitajiet mitluba meta qabel l-elezzjoni wegħduhom post.
//= $special ?>