Internazzjonali

Il-Korea komunista tispara missila oħra

Il-Korea t’Isfel għadha kemm irrappurtat li l-Korea ta’ Fuq komunista sparat missila ballistika oħra bħala prova. L-indikazzjonijiet huma li l-missila ‘kienet sparata fid-direzzjoni tal-Lvant’ iżda ma kienx ċar jekk din għaddietx minn fuq il-Ġappun, bħal fil-każ ta’ missili oħrajn, din is-sena.

Il-kelliema għall-qawwiet armati tal-Korea t’Isfel qalu li l-missila ‘tal-komunisti’ kienet sparata minn Pyongsong, fil-Provinċja ta’ Pyongan, lejn in-Nofsinhar.

Il-prova rappurtata qed issir wara żmien pjuttost ‘inattiv’ mill-Korea ta’ Fuq. Dan meta r-reġim fi Pyongyang, din is-sena, ipprova diversi missili oħrajn, inklużi tat-tip għal fuq id-distanzi kbar, fost it-tensjoni akuta li qamet minħabba  ‘l-ambizzjonijiet nukleari’ tal-Mexxej Korean komunista, Kim Jong-un.