– Ryan Callus, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus sellem l-impenn tal-ex uffiċjal tal-FIAU Jonathan Ferris u qal li dan hu uffiċjal eżemplari li ma baxxiex rasu quddiem l-indħil ministerjali f’xogħolu.
Fil-parlament Ryan Callus qal li l-gvern biddel il-pożizzjoni tiegħu dwar din il-liġi minħabba l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u minħabba l-kritika li saret fl-opinjoni pubblika.
Minn Lulju 2015 saru 157 talba għal informazjoni taħt il-liġi li minnhom 63 kienu rifjutati. Bħala proporzjon kien hemm 40% tat-talbiet li saru taħt id-dritt tal-libertà tal-infomrazzjoni li kienu miċħuda mill-gvern. Din hi sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ tolelranza mill-Gvern.Hu qal li l-istituzzjonijiet mhux jagħtu d-dritt tal-informazzjoni iżda huma maħtufa mill-politiċi.
L-intervista ta’ Jonathan Ferris hi xokk li minnha qed toħroġ verità li ma kinitx magħrufa qabel. Jonathan Ferris ma kinx lest ibaxxi rasu għall-indħil ministerjali u hu persuna li jippersonifika d-dritt tal-verità. Kien lest jitlef xogħlu biex ma jbaxxix rasu għall-indħil politiku bla ma kellu xogħol ieħor f’idejh. Kif iħossuhom l-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija quddiem Jonathan Ferris? staqsa Ryan Callus. S’issa ma kien hemm l-ebda reazzjoni dwar l-intervista u d-dikjarazzjonijiet ta’ Jonathan Ferris.
Hu semma s-sekwestri tal-iffriżar tal-assi l-gvern qed jadotta politika ta’ żewġ livelli. Fil-każ tal-libelli kriminali, il-każi pendenti se jaqgħu iżda fil-każi tal-iffriżar tal-assi hemm limitazzjoni li ma jistgħux isiru kawżi ġodda.
Ryan Callus semma l-każ tal-Ministru Cardona li ffriża l-assi ta’ Daphne Caruana Galizia u staqsa jekk mad-dħul ta’ din il-liġi dawn l-assi hux se jkunu rilaxxati. Hu sostna li din kienet azzjoni ferm ħarxa biex l-assi ta’ Daphne Caruana Galizia jkunu iffriżati biex hi ma tkomplix il-ħidma tagħha.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar il-protezzjoni tas-sorsi, li hu element sagrostant fil-liġi u appella lill-kmamar tal-aħbarijiet tal-istazzjonijiet politiċi biex iwarrbu l-partiġġjaniżmu.
//= $special ?>