Il-Unjin tal-Għalliema Maltin illum iddikjarat tilwima industrijali mal-MCAST u għada mistennija tħabbar l-azzjonijiet industrijali għal-letturi.
L-MUT qalet li laqgħa ta’ medjazzjoni li saret illum bejn iż-żewġ partijiet jidher li ma ħallietx il-frott mixtieq hekk kif it-tmexxija tal-MCAST ma ppreżentatx il-kontro-proposti għall-estimi finanzjarji tal-ftehim kollettiv li qed jiġi nnegozjat mal-MUT.
L-MUT qalet li qed taffaċċja tkaxkir tas-saqajn mit-tmexxija tal-kulleġġ sabiex jiġi ffinalizzat il-ftehim kollettiv meta kontinwament l-MCAST jonqos milli jonora d-dati miftehma bejn iż-żewġ partijiet għad-detriment tal-letturi u l-istudenti.
Intant, fi stqarrija, it-tmexxija tal-kulleġġ tenniet l-impenn tagħha li tiffinalizza l-ftehim kollettiv mal-MUT mill-iktar fis.
//= $special ?>