Fabrizip Carucci, Taljan ta’ 50 sena ngħata l-libertà kundizzjonata wara li tressaq il-Qorti akkużat li fl-aħħar sigħat ipprova jisraq minn karozza f’Ħal Balzan.
It-Taljan, ammetta l-akkużi kontrih. Il-prosekuzzjoni mmexxija minn Roderick Spiteri qalet li l-akkużat ikkopera mal-pulizija.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke tagħtu l-libertà bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien sentejn.
//= $special ?>

