Internazzjonali

FILMAT: Fis-sigħat li ġejjin, mistenni li jiżbroffa vulkan f’Bali

Il-vulkan attiv tal-muntanja Agung, fuq il-gżira ta' Bali, mistenni li jiżbroffa fis-sigħat li ġejjin

L-awtoritajiet f’Bali qalu li fis-sigħat li ġejjin mistenni li jiżbroffa l-vulkan tal-Muntanja Agung.

B’hekk, l-ajruport internazzjonali ta’ Bali ingħalaq temporanjament għall-24 siegħa oħra minħabba li jkun hemm il-possibilta’ kbira li l-irmied oħxon tal-vulkan ikun jista’ jagħmel ħsara lill-magni tal-ajruplan, u għaldaqstant ikun ta’ periklu kbir għall-passiġġiera u l-ekwipaġġ abbord.

Filfatt bħalissa hemm madwar 120,000 turist maqbuda fuq din il-gżira Indonesjana.