Id-Deputati Laburisti ma jridux jgħidu liema fazzjoni fil-Partit Laburista qed jappoġġjaw – jekk hux dik tad-Deputat Robert Abela jew inkella tas-Super Minister Ian Borg, hekk kif tkompli tikber ir-rivalità bejn iż-żewġ deputati Laburisti – li t-tnejn qed jittamaw li għada pitgħada jieħdu post Joseph Muscat.
Filfatt, huma u deħlin il-Parlament, ħafna Deputati Laburisti ma riedux ikellmuna dwar liema fazzjoni qed jappoġġjaw, u baqgħu deħlin jiġru l-Parlament, filwaqt li oħrajn qalulna “Joseph Muscat” meta mistoqsijin jekk jappoġġjawx lil Robert Abela jew lil Ian Borg.
Il-Ministru ta’ Għawdex Justyne Caruana wkoll injoratna hi u dieħla l-Parlament. Allura stennejniha ħierġa biex nerġgħu nipprovaw nistaqsuha, imma xorta baqgħet tirrifjuta li tweġibna. “Għandi ‘Gvern Li Jisma”, issa oqgħod isma’ x’ħa nkun qed ngħid u tkun taf x’qed nagħmel bħala Ministru għal Għawdex,” qaltilna Justyne Caruana.
Kien hemm Deputati oħrajn li qalulna li għadu kmieni biex jgħidulna lil min qed jappoġġjaw, jew inkella li għad m’għandhomx preferenza. Filwaqt li Deo Debattista qalilna li għadu kmieni, id-Deputat Etienne Grech qalilna li bħalissa m’għandu l-ebda preferenza.
Ir-rivalità bejn iż-żewġ fazzjonijiet kompliet tissaħħaħ fl-aħħar jiem hekk kif sar magħruf li Robert Abela rċieva eluf ta’ ewro minn servizzi legali li ta lill-Air Malta; b’persuni qrib is-Super Minister Ian Borg jgħidulna li mhux ta’ b’xejn li Robert Abela għażel li ma jsirx Segretarju Parlamentari.
//= $special ?>