Il-Familja tal-ġurnalista maqtula Daphne Caruana Galizia f’ittra legali mibgħuta lill-ministru tal-Intern Michael Farrugia, wissiet li lesta tieħu passi kriminali kontra l-Ministru stess jekk informazzjoni relatata mal-investigazzjoni dwar il-qtil tal-ġurnalista terġa’ toħroġ fil-pubbliku. Dan wara li aktar kmieni l-Ministru Michael Farrugia kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari b’rabta mal-andament tal-investigazzjoni tal-qtil tal-ġurnalista.
Il-familja Caruana Galizia qalet li din l-informazzjoni ingħatat fil-Parlament u minkejja li l-familja bgħatet sitt ittri għal informazzjoni lill-Pulizija dawn baqgħu mhux imwieġba.
Il-familja Caruana Galizia qalet li l-qattiela tal-ġurnalista għandhom aċċess għall-kompjuter u huma kapaċi jifhmu l-istqarrijiet pubbliċi dwar l-inkjesta maġisterjali.
Saħqu li informazzjoni kunfidenzjali mhux biss hi ksur tad-drittijiet tal-bniedem imma wkoll jista jkun li twassal biex l-investigazzjoni kienet mfixxkla.
Il-familja semmiet li lesta tuża dak kollu li tipprovdi l-liġi biex jiżguraw ma jkunx hemm sabutaġġ fl-investigazzjoni u l-inkjesta maġisterjali.
//= $special ?>

