Lokali Parlament

Il-problemi fil-pajjiż imissu n-nerv prinċipali tal-ġurnaliżmu

– Mario de Marco, PN

Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco qal li l-problema t fil-pajjiż mhix il-lġijiet li qed jitressqu iżda s-sitwazzjoni li qed tmiss in-nerv prinċipali tal-ġurnaliżmu.

Fid-dibattitu dwar il-liġi dwar il-media u l-malafama Mario de Marco qal li kull dibattitu jsir f’kuntest u f’mument fejn il-pajjiż qed jgħix tibdil aċċellerat imbuttat minn avvanzi kbar teknoloġiċi li qed jagħmel il-bniedem. Hu tkellem dwar il-bidliet fil-ġurnaliżmu u fil-media u dwar l-introduzzjoni tal-ġurnaliżmu taċ-ċittadin; element fundamentali fil-libertà tal-espressjoni.

Is-soċjetà għandha bżonn ġurnaliżmu ħieles u tajjeb iżda dawn illum jinsabu taħt heddida għaliex il-pubbliku għandu għażla vasta ta’ aħbarijiet. Il-fatti huma li l-gazzetti qed jonqsu minħabba dħul drastiku mir-riklamar u mill-bejgħ tal-gazzetti.

Dan qed irendi lil ħafna gazzetti insostenibbli ekonomikament tant li hemm min qed ibassar li fil-futur se jmutu l-gazzetti u anki tat-tifsira tal-espressjoni kif tadizzjonalment ih magħrfua. Dan iwassal biex jonqsu wkoll il-ġurnalisti tradizzjonali li jfittxu u jirriċerkaw l-istejjer investigattivi. Dan se jwassal biex jintilef wieħed mill-pilastri ewlenin tas-soċjetà; ikun għajb għad-demokrazija ta’ kull pajjiż.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li fil-pajjiż hawn ftit media houses u tratta wkoll il-media houses tal-partiti u tal-Istat. Hu qal li l-kmamar tal-aħbarijiet lokali qed iħossu l-pressjoni tat-tibdil li qed jitwettaq fis-soċjetà. Dan qed iwassal biex ikun diffiċli jżommu lill-ġurnalisti magħhom. Dan għaliex il-ġurnalisti jistgħu jaqilgħu iktar flus billi jużaw il-kapaċitajiet tagħhom fil-marketing.

Meta tkellem dwar soluzzjonijiet, id-deputat Nazzjonalista qal li wasal iż-żmien li l-gvern iwaqqaf fondazzjoni li ktun ‘il bogħod mill-gvern ħlief għall-finanzjament biex tinvesti fil-ġurnaliżmu inidpendenti fil-pajjiż. Din għandha tgħin lill-media houses irawmu lill-ġurnalisti.

Hu ppropona li jingħataw inċentiv fiskali għall-media houses fil-pajjiż għaliex dawn għandhom sfidi kbar kummerċjali. Il-Gvern jista’ jagħmel distribuzzjoni iktar ekwa tar-riklamar li jagħmel fost il-media houses. Proposta oħra li għamel Mario de Marco kienet li l-Gvern u l-Univeristà jidħlu fis-settur biex ikun esplorat mod kif it-teknoloġija tissaħħaħ.

Dwar is-sitwazzjoni politika ifl-pajjiż, Mario de Marco qal li s-sitwazzjoni hi waħda li taqa’ fl-assurd. Ġurnalist li kienet titkellem fuq dak kollu li hu ħażin fosthom nuqqas ta’ governanza tajba u fuq il-korruzzjoni spiċċat maqutla. Il-gvern mhux ħadi tal-ġurnaliżmu għaliex flok traparenza ħaddan politika tal-ħabi u ta’ nuqqas ta’ fatti b’informazzjoni mirduma u kuntratti moħbija. Il-Gvern lanqas lill-parlament ma jagħti l-informazzjoni.

Il-fatti huma li kieku ma kinx għall-ġurnalisti, li-poplu ma kinux ikun jaf bl-involviment ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri fl-iskandlu tal-Panama Papers, ma kinux ikun jaf bil-garanzija bankarja tal-Electrogas, ma kinx ikun jaf bir-rapporti tal-FIAU u kinx ikun jaf li l-AUM ġabet biss farka mill-istudenti li kienet wegħdet li se tattira fil-pajjiż.

Mario de Marco sellem lil Daphne Caruana Galizia għall-ħidma tagħhom u kompla li hu ta’ għajb li l-Bank Pilatus ikompli jopera u issa dan qed jimmina l-il-media tal-pajjiż bla ma jaqla’ ċanfira mingħand il-Gvern.