Lokali

“Il-pulizija trid tieqaf tinjora rapporti ta’ vjolenza domestika “– Ivan Bartolo

Rapport tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul juri biċ-ċar li 30% biss tal-vittmi ta’ vjolenza jirrappurtaw l-iktar inċidenti serji lill-pulizija.

Dan qalu l-kelliem għall-Oppożizzjoni dwar il-Faqar, Ivan Bartolo, waqt il-konferenza informattiva, ‘Għajta Moħbija’, organizzata mill-Forum Malti Kontra l-Faqar f’Dar l-Ewropa, il-Belt Valletta. Il-Forum jikkoordina u jagħti sostenn lill-14-il organizzazzjoni li jaħdmu ma’ dawk eklużi soċjalment u foqra, partikolarment dawk bla xogħol, penzjonanti u single parents.

Mill-esperjenza tiegħu fis-settur, Bartolo fid-diskors konklussiv qal li l-vjolenza domestika taffettwa b’mod negattiv il-qagħda finanzjarja tal-vittmi għax jibżgħu joħorġu jaħdmu, jew saħansitra jiġu umiljati jaħdmu u abbużati sesswalment.

Fost l-abbużi psikoloġiċi li ltaqa’ magħhom fil-karriera, kien hemm l-intimidazzjoni, tgħajjir, umiljazzjoni, nuqqas ta’ fiduċja fil-persuna, il-ħtija mitfugħa fuq il-vittma intortament u li l-abbużati jiġu esklużi mill-familja, il-ħbieb u s-soċjetà.

Huwa appella lill-Pulizija jieħdu rapporti ta’ vjolenza domestika b’serjetà kbira. Meta jonqsu milli tieħu azzjoni, il-vittmi jbagħtu għax jisfaw bla protezzjoni. Il-vittmi jagħżlu l-eħfef triq li jibqgħu siekta sforz il-biża’ u b’hekk jibqgħu fil-kontroll dawk li jabbużaw.

Filwaqt li radd ħajr lill-professjonisti u dawk kollha li jaħdmu fis-settur tax-xogħol imprezzabbli tagħhom ma’  dawn il-vittmi, Ivan Bartolo saħaq fuq l-obbligu tal-istat li joħloq kuxjenza u jżid l-għarfien permezz tal-promozzjonijiet: