Il-Partit Laburista kompla bit-tattika tiegħu biex jiddevja l-attenzjoni minn fuq il-kriżi li hawn fl-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna. L-unika persuna li qed jibża’ jkeċċi lil min abbuża huwa Joseph Muscat stess li, minkejja l-iskandlu kbir tal-Panama Papers, żamm miegħu lil Keith Schembri u Konrad Mizzi.
Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li jgħatti kemm jipprova jgħatti, l-inkwiet intern bejn il-fazzjonijiet fi ħdan il-Partit Laburista qed joħroġu dejjem aktar ċari. Dan hekk kif Joseph Muscat kellu jidħol medjatur bejn Robert Abela u Ian Borg li qed jissieltu bejniethom dwar min se jeħodlu postu.
Filwaqt li dawk qrib Ian Borg qed jxerrdu il-kelma li Robert Abela ħa aktar minn nofs miljun f’konsulenzi taħt dan il-Gvern, dawk qirb Robert Abela qed isemmu l-każ tal-art li Ian Borg ħa mingħand anzjan bi prezz baxx, fejn hemm allegazzjoni li approfitta ruħu.
Dwar l-istorja tal-Partit Laburista fuq il-proprjetà fi Spinola Albert Mamo, li kien Kummissarju tal-Artijiet meta sar l-ftehim, xehed quddiem il-Public Accounts Committee li ma rċieva qatt direzzjoni, indħil jew ordnijiet l-Ministru responsabbli dwar il-każ. Is-sur Mamo tenna li l-proċess sħiħ kien immexxi mid-Direttur Ġenerali u l-Ministru mexa eżatt skont il-parir miktub tal-uffiċjali taċ-ċivil.
//= $special ?>