Lokali

In-Nazzjon 29.11.2017

L-istejjer ewlenin tal-ġurnal In-Nazzjon jittrattaw aktar dħul f’konsulenzi għad-Deputat Laburista Robert Abela, kif kompla jirriżulta minn mistoqsijiet parlamentari. Storja ewlenija oħra hi dwar il-mewġa ta’ serq ippjanat b’anzjan jissawwat bil-bastun tiegħu stess għax ma emmnux li ma kellux flus.

Stejjer oħrajn jittrattaw l-azzjonijiet ippjanati mill-MUT fl-MCAST, l-ewwel sistema ta’ oqbra mal-ħajt f’Malta, u l-mewġa ta’ kesħa li riesqa lejn pajjiżna.

L-opinjonijiet fil-ġurnal huma ta’ David Casa, Sam Abela u Justin Schembri.