Il-President tan-Niġerja Muhammadu Buhari ħabbar li l-immigranti Niġerjani li jinsabu l-Libja u f’postijiet oħra se jibdew jinġiebu lura pajjiżhom.
Id-deċiżjoni ttieħdet wara li ħareġ filmat ta’ immigranti Afrikani jinbiegħu bħala skjavi fil-Libja.
L-aħbar ingħatat ukoll ftit wara li l-gvern ta’ għaqda nazzjonali fil-Libja ħabbar li kienu se jieħdu d-deportazzjoni tal-immigranti mill-pajjiż lura lejn pajjiżhom. It-Tlieta filgħaxija kien hemm aktar minn 240 Niġerjan li f’operazzjoni konġunta bejn il-Libja u n-Nazzjonijiet Uniti ttieħdu lura pajjiżhom.
Il-kwistjoni tal-immigranti li jidħlu fl-Ewropa kienet ukoll it-tema ewlenija tas-summit li qed isir f’Abidjan, il-kapitali tal-Kosta tal-Avorju, bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi Afrikani.
In-Niġerja se tevakwa l-immigranti mil-Libja


