Lokali Parlament

Pjan biex jitkissru l-kritiċi u l-media houses fil-pajjiż

– Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg sostniet li fil-pajjiż hawn straġeija biex jitkissru l-media houses li qed jikkritikaw lill-gvern Laburista.

Meta tkellmet fil-parlament fid-dibattitu parlamentari dwar il-media u l-malafama, Claudette Buttigieg semmiet kif il-gvern bidel din il-liġi u staqsiet jekk il-liġijiet hux isiru għad-dehra jew għax il-gvern għandu r-rieda politika li jagħmilhom. Hi kompliet li fl-aħħar ġimgħat ġara minn kollox fil-pajjiż u għalhekk din id-diskussjoni hi surreali.

Il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia heżżeż lill-pajjiż, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kkritikat il-fatt li d-deputat Laburista Etienne Grech ddikjara li jħoss li fil-pajjiż hawn wisq libertà tal-espressjoni. Il-Prim Ministru pprova jikkoreġi dan l-iżball billi qal li qatt m’hemm biżżejjed libertà tal-espressjoni.

Fl-aħħar ġranet qed iseħħu każi li fihom qed isiru kawżi fil-qorti bl-iskop li jiċċensuraw u jitwaqqfu l-kritiċi sakemm dawn iwaqqfu l-kritika tagħhom. Hi rriferiet għal tweet ta’ Jason Azzopardi li fiha li fit-18 ta’ Novembru qal li l-kumpanija Schillings ingħażlet minn Konrad Mizzi fil-Panama Papers waqt li riċentament fil-ġurnata li nqatlet Daphne, il-Bank Pilatus uża l-istess kumpanija biex ifittxu lill-media houses Maltin biex jirtiraw il-kritika. Dawn huma rabtiet evidenti għaliex mhux possibbli li din tkun kumbinazzjoni.

Dawn il-kumpaniji jintużaw għal dawn l-iskopijiet għax din hi l-by-pass mill-liġijiet li jistgħu jsiru. Dawn il-kumpaniji jfittxu lill-media houses għal danni kbar. Hu ċar li min ħaseb li jagħmel din il-kawża mill-Pilatus Bank irid jiddistruġġi lill-media houses Maltin billi jfallihom.

Claudette Buttugieg kompliet li l-blogg ta’ Daphne Caruana Galizia għadu hemm bi kliemha stampat iswed fuq l-abjad. Hi irrikonoxxiet il-ħiliet ġurnalistiċi ta’ Daphne Caruana Galizia u qalet li hu inċċettabbli wkoll li jkun aċettat li jsiru kummenti bħall-attakki li saru fuq Roberta Metsola.

Id-deputat Nazzjonalista appellat għal iktar edukazzjoni dwar x’inhi l-media u beix ikun attenzjoni kbira dwar il-materjal li jittella’ fuq il-facebook.