Hekk kif issa tħabbar li l-Amerikana Meghan Markle se tiżżewweġ lill-Prinċep Harry, hemm spekulazzjoni dwar x’titlu se tingħata.
Kollox jiddependi dwar it-titlu li tiddeċiedi li tagħtihom ir-Reġina fil-jum tat-tieġ tagħhom. Għalkemm Markle, li għandha 36 sena, mhux se tkun magħrufa formalment bħala Prinċipessa, peress li m’hix minn demm irjali, hi se tingħata t-titlu uffiċjali ta’ Her Royal Highness Princess Henry of Wales – l-isem proprju tal-Prinċep hu Henry.
Hemm spekulazzjoni li r-Reġina aktarx se tagħti t-titlu ta’ Duka, bħal ma sar b’ħuh William, u b’hekk Markle issir Dukessa u b’hekk tingħata dan it-titlu.
Iċ-ċerimonja taż-żwieġ għandha ssir f’Mejju, fil-kappella ta’ San Ġorġ, fil-Kastell ta’ Windsor, Londra.
Spekulazzjoni dwar it-titlu li se tingħata Meghan Markle


