Matul il-lejl li għadda, għall-ħabta tas-2:30am il-Pulizija ġiet infurmata li kien iddaħħal raġel l-isptar wara li waqa’ u weġġa’.
Minn stħarriġ preliminari li għamlet il-Pulizija mill-Għassa ta’ San Ġiljan, irriżulta li l-inċident seħħ fi Triq il-Gejża s-Swieqi, fejn raġel Taljan safa’ ferut wara li allegatament ixxabbat ma’ gallarija baxxa sabiex jipprova jikseb aċċess għall-appartament tiegħu minħabba li kien issakkar barra.
Jidher li l-ġebel tal-istess gallarija ċeda, waqa’ u ġie fuq ir-raġel.
Il-vittma li għandu 34 sena u joqgħod is-Swieqi, ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.
//= $special ?>