Katavru ta’ raġel li sa issa għadu ma ġiex identifikat, itella’ minn Xatt l-Aħmar f’Għajnsielem skont l-aħħar indikazzjonijet il-Pulizija qiegħda tinvestiga s-sejba ta’ anzjan li għandu madwar sebgħin sena, John Grima li huwa mix-Xlendi.
Jidher li Grima kien ilu rrapurtat nieqes għal numru ta’ jiem.
Aktar kmieni;
Kien għal ħabta tas-sagħtejn li l-Pulizija mill-Għassa tar-Rabat Għawdex kienu nfurmati mill-Forzi Armati ta’ Malta li kien intlemaħ katavru fil-baħar.
Il-katavru tar-raġel ittella’ f’patrol boat tal-Forzi Armati u ddaħħal fil-port tal-Imġarr f’Għawdex stess.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Joanne Vella Cushchieri li ħatret diversi esperti biex jgħinuha fl-inkjesta. Il-Pulizija għadha qed tinvestiga dan il-każ.
//= $special ?>