Lokali

AĠĠORNATA: Mara b’tarbija tintlaqat minn vettura ħdejn l-Addolorata

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji
Il-mara ċċertifikata li qed issofri minn feriti gravi

Tifel ta’ ħames xhur ma sofra l-ebda feriti, filwaqt li mara sofriet feriti gravi, f’inċident li seħħ għall-ħabta tal-10am quddiem iċ-Ċimiterju tal-Addolorata.

Jirriżulta li karozza tat-tip Mitsubishi Pajero, misjuqa minn żagħżugħ ta’ 19-il sena miż-Żejtun, laqtet mara, ta’ 32 sena minn San Ġwann, li kellha lit-tarbija magħha fil-‘pushchair’.

L-inċident ħoloq konġestjoni tat-traffiku minħabba li kellha tingħalaq waħda mill-karreġġjati.

Fil-post marru l-Pulizija u tim mediku, li ħa lill-mara l-Isptar Mater Dei b’Ambulanza.

Fortunatament, it-tifel ma sofra l-ebda feriti, filwaqt li l-mara ġiet iċċertifikata li qed issofri minn feriti gravi.

Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.