It-tim Brażiljan ta’ Gremio rebaħ 2-1 kontra t-tim Arġentin ta’ Lanus biex b’hekk rebaħ il-Copa Libertadores b’aggregate ta’ 3-1 wara li jiem qabel kien rebaħ l-ewwel leg 1-0. Din kienet it-tielet darba fl-istorja li Gremio rebħu dan l-unur prestiġjuż.
Il-kowċ ta’ Gremio Renato Gaucho sar l-ewwel persuna li rebaħ din it-tazza kemm bħala plejer kif ukoll bħala kowċ.
Grazzi għal dan is-suċċess issa Gremio kisbu d-dritt biex ftit ġimgħat oħra jieħdu sehem fit-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs.
Magħhom se jkun hemm jikkompetu sitt timijiet oħra u dawn huma Real Madrid,Wydad Casablanca, Urawa Red Diamonds, Auckland City, Al Jazira u Pachuca.
//= $special ?>