Il-Ġimgħa fl-4pm ħin ta’ Malta fir-Russja jittellgħu l-poloz tal-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja tal-2018.
B’kollox se jkun hemm erba’ urni bi tmien timijiet kull wieħed. Il-post tat-timijiet fil-pots ġew assenjati skont l-aħħar rankings tal-FIFA għal Ottubru.
L-ewwel urna fiha l-ewwel sitt timijiet li qegħdin fl-ewwel sitt pożizzjonijiet tar-rankings. Ir-Russja, bħala l-pajjiż organizzatur jinsabu fl-ewwel urna.
It-timijiet fl-istess urna ma jistgħux jiltaqgħu kontra xulxin fil-fażi tal-gruppi.
Fil-fażi tal-gruppi kull tim jilgħab tliet partiti u ż-żewġ timijiet li jispiċċaw fl-ewwel żewġ pożizzjonijiet jikkwalifikaw għall-fażi tan-knockout.
It-Tazza tad-Dinja tibda fl-14 ta’ Ġunju u tintemm bil-finali fil-15 ta’ Lulju.
It-timijiet kollha li għaddew għall-fażi finali:
L-ewwel urna
Russja
Ġermanja
Brażil
Portugall
Arġentina
Belġju
Polonja
Franza
It-tieni urna
Spanja
Perù
Żvizzera
Ingilterra
Kolombja
Messiku
Urugwaj
Kroazja
It-tielet urna
Danimarka
Iżlanda
Costa Rica
Żvezja
Tuneżija
Eġittu
Senegal
Iran
Ir-raba’ urna
Serbja
Niġerja
Awstralja
Ġappun
Marokk
Panama
Korea t’Isfel
Arabja Sawdija