L-unika forza li tista’ tieqaf lill-Gvern u tagħti tama lil pajjiżna huwa l-Partit Nazzjonalista. Dan qalu Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt laqgħa mal-kunsilliera u l-kumitati sezzjonali tat-Tieni u t-Tielet Distrett fil-Kalkara.
Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista llum aktar minn qatt qabel qiegħed jitkellem bil-vuċi tan-nies u l-ideat wara din is-serje ta’ laqgħat fid-distretti hija proprju biex tagħti leħen lil dan li qed iħossu n-nies fil-loalitajiet differenti. Huwa qal li dawn il-laqgħat qed jintlaqgħu tajjeb ħafna u kull darba qed tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nies.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li n-nies qed jieħdu sehem f’dawn l-inizjattivi għax qed iħossu li hemm spazju għall-ideat tagħhom, u hemm widen tassew għal dak li jridu jgħidu. Huwa qal li s-soluzzjonijiet li jrid jiżviluppa l-Partit Nazzjoanlista iridu jindirizzaw il-problemi qed jaffaċjaw il-familji.
Adrian Delia qal li fil-laqgħat li saru f’dawn il-jiem in-nies qalu li huma inkwietati fuq il-problema tat-traffiku. Huwa qal li l-Gvern, minflok ħaseb f’soluzzjoni prattika, għażel biss li jonfoq €700 miljun mill-flus tal-poplu biex jinqalgħu it-toroq u jerġgħu jitpoġġew.
In-nuqqas ta’ viżjoni tal-Gvern jidher ukoll, qal Adrian Delia, fil-kriżi tal-għalliema. Mhux talli mhux qed jaħseb fl-edukazzjoni tal-futur iżda lanqas biss qed jissodisfa il-bżonnijiet tal-lum, żien Adrian Delia.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li n-nies huma preokkupati bil-mewġa ta’ kriminalità, b’delitti, serq armat, u atti kriminali oħra jsiru fid-dawl tax-xemx. Adrian Delia qal li l-familji Maltin jinsabu nkwietati dwar lejn fejn sejjer pajjiżna iżda l-Gvern jidher bla rieda u bla saħħa quddiem dan kollu.
//= $special ?>