L-awtoritajiet Olandiżi fetħu inkjesta dwar kif kriminal tal-gwerra Kroat-Bosnijaku rnexxielu jdaħħal il-velenu – bil-għan li joqtol lilu nnifsu – fl-awla tal-qorti ta’ The Hague waqt li kien għaddej smigħ dwar appell partikulari.
L-appell kien qed jixxandar dirett fuq it-televiżjoni u l-imputat, Slobodan Praljak, ta’ 72 sena, irnexxielu fl-attentat ta’ suwiċidju wara li deher jixrob likwidu minn flixkun żgħir li kellu fuqu u waqt li kien qed jiddikjara ‘l-innoċenza tiegħu’. Dan wara l-konferma mill-ġdid tas-sentenza ta’ 20 sena ħabs għal Praljak b’konnessjoni ma’ reati tal-gwerra.
Intant, numru ta’ Kroati fil-Bosnja organizzaw il-vejl b’rispett għal Praljak li huma jikkunsidrawh bħala eroj. Il-Prim Ministru tal-Kroazja, Andrej Plenkovic, intant, ikkundanna bil-qawwi lit-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-eks Jugoslavja ( f’The Hague) li proċessa lil Praljak. Il-konferma tas-sentenzi għal Praljak u ħames imputati oħra kienet il-konklużjoni ta’ aktar minn 20 sena ħidma minn dan it-tribunal.
//= $special ?>

