Lokali

Jgħajjar lill-maġistrat… jaqbad u joħroġ mill-Qorti t’Għawdex

Il-Pulizija f’Għawdex qed tfittex raġel wara li f’kawża ċivili fil-Qorti ta’ Għawdex dalgħodu qabad jgħajjat u jinsulenta lill-Maġistrat Monica Vella. Fil-ħin tal-inċident ma kienx hemm pulizija fil-Qorti.

Il-każ seħħ waqt is-smiegħ ta’ kawża ċivili bir-raġel urtat bid-deċiżjoni tal-Maġistrat infexx jinsulentaha bil-maġistrat tordna b’mod immedjat l-arrest tiegħu. Imma minħabba li fil-qorti ma kienx hemm Pulizija, r-raġel qabad u ħareġ mill-binja tal-Qorti, bil-konsegwenza li issa għaddejja tfittxija għalih.