In-Nazzjon illum jagħti prominenza s-sejħa li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia fil-Parlament ilbieraħ filgħaxija għar-riżenja tal-Ministru Carmelo Abela. Adrian Delia ressaq provi ta’ ndħil fl-investigazzjonijiet tal-Pulizija.
Storja oħra ewlenija tagħti ħarsa dettaljata tal-laqgħat li delegazzjoni ta’ Ewroparlamentari se jkollhom illum ma’ numru ta’ politiċi, ġurnalisti, u persuni oħrajn b’rabta mal-investigazzjonijiet fuq il-ħarsien tal-liġi u allegazzjonijiet ta’ ħasil tal-flus f’pajjiżna.
Stejjer oħrajn jittrattaw l-ordni tal-Qorti għar-ritorn tal-oġġetti sagri li nsterqu mill-Kolleġġjata ta’ Bormla kif ukoll il-każ ta’ eks-Kmandant tal-Forzi Kroati Bosnijaċi li bela’ l-velenu fl-Awla tal-Qorti tan-Nazzjonijiet Uniti, f’The Hague, preseduta mill-Imħallef Malti Carmel Agius.
Fil-paġni tal-opinjonijiet insibu l-analiżi ta’ Angelo Micallef u Antonello Cuschieri.
//= $special ?>