Lokali

Beltin maħsuda wara l-mewt ta’ Joe Curmi l-Puse’

Il-Belt titlef leġġenda tal-mużika

Matul il-lejl tħabbret il-mewt tal-mużiċist popolari Joe Curmi, magħruf bħala l-Puse’.

Fil-Belt, Joe kien magħruf bħala bħala Ġużi u kien hemm ukoll min isejjaħlu Ġuże’. Jidher li minn hawn oriġina l-laqma tal-Puse’.

Għal xi żmien, Curmi kien ukoll jilgħab il-futbol. Iżda bla dubju li l-Puse’ jibqa’ l-aktar magħruf fl-isfera tal-mużika.

Joe Curmi, li kellu 90 sena, għamel snin idoqq mal-Orkestra Nazzjonali. Hu kien percussionist prim, veteran fil-qasam tal-kunċerti live u sinonimu mas-sax tenor – l-istrument li tant kien iħobb.

Mix-xellug: Joe ‘Puse’ Curmi, Sammy Gaela, Vinny Vella Sn. u Alex Grech