Lokali Qtil Politiku

FILMAT: Joseph Muscat jiddubita dwar l-iskop taż-żjara tal-MEPs f’Malta

Iċ-Chief of Staff f'Kastilja ma' Joseph Muscat; iżda beża' jmur quddiem l-MEPs waħdu

Il-Kumitat li qed jinvestiga s-saltna tad-dritt f’Malta jintlaqa’ mill-Prim Ministru Joseph Muscat bil-frażi: “Aħna qegħdin nistaqsu x’inhu l-iskop taż-żjara tagħkom f’pajjiżna” – kliem li jikkuntrasta u jiddubita’ fl-importanza li din l-investigazzjoni dwar is-Saltna tad-Dritt u l-Panama Papers għandha tingaħta mill-Gvern Malti.

Matul il-laqgħa, il-Prim Ministru qal lid-delegazzjoni Ewropea li l-informazzjoni li qed jaħdmu fuqha huma hi parzjali u tirrifletti biss il-qanpiena ta’ naħa waħda. Dan filwaqt li żied li l-media Maltija hi ppolitiċizzata ħafna, u influwenzat il-missjoni tagħhom. Kompla jimplika li din id-delegazzjoni ma tifhimx l-istruttura legali ta’ Malta.

Madanakollu, fil-konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-istess delegazzjoni – l-MEP Soċjalista Ana Gomes ma tantx ħadet gost bil-kummenti tiegħu, tant li qalet li kieku din iż-żjara ma kellhiex skop, kieku l-Prim Ministru ħela l-ħin magħhom.

Preżenti fil-laqgħa kien hemm ukoll iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri, li wara li rrifjuta li jiltaqa’ mal-Kumitat PANA l-aħħar darba li kienu Malta – u issa Ana Gomes qalet li xorta waħda Keith Schembri baqa’ ma qal xejn – dan hekk ma jsitax jitkellem minħabba l-inkjesta Maġisterjali li għaddejja bħalissa fuq il-każ.

L-istess Ana Gomes, li ġejja mill-familja politika tal-Partit Laburista, fakkret lill-Prim Ministru Joseph Muscat dwar is-sitwazzjoni li Malta tinsab fiha hekk ftit tal-ġimgħat ilu, il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia nqatlet b’karozza bomba.

Madanakollu, matul il-laqgħa Joseph Muscat ma semma’ xejn dwar l-iskandlu tal-Panama Papers u l-involviment tal-Bank Pilatus – li hi waħda mill-missjonijiet li qed tiffoka fuqhom din id-delegazzjoni.

Il-Membri Ewroparlamentari ltaqgħu mal-Prim Ministru Joseph Muscat f’Kastilja, u kien akkumpanjat ukoll il-Ministru Helena Dalli u l-Ministru Owen Bonnici u mill-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern Kurt Farrugia.