Internazzjonali

Il-Ġermanja: Sejba ta’ tagħmir splussiv qrib Suq tal-Milied f’Potsdam

Il-Pulizija fil-belt Ġermaniża ta’ Potsdam qalu li sabu tagħmir splussiv fil-viċinanzi ta’ Suq tal-Milied lokali. Id-dettalji kienu għadhom deħlin, fost l-investigazzjonijiet tal-awtoritajiet fl-inħawi.

It-tagħmir kien intbagħat lejn spiżerija, bl-iżviluppi jwasslu għal allert u l-evakwazzjoni tan-nies miz-zona fejn ittella’ is-Suq tal-Milied. Il-Pulizija aktar tard iddisponew mit-tagħmir permezz ta’ splużjoni kontrollata.

F’Diċembru ta’ sena ilu, 12 il-persuna kienu nqatlu meta terrorista saq trakk minn ġol-folla preżenti għal Suq tal-Milied, fil-belt ta’ Berlin.