Iċ-Chief of Staff ta’ Muscat baqa’ jirrifjuta li jattendi għal laqgħa mal-Kumitat LIBE tal-Parlament Ewropew.
Il-laqgħa kienet skedata li ssir dalgħodu fit-8:30am. Iżda Keith Schmebri ma deher imkien, u ħalla anke lill-ġurnalisti jistennew.
Din hi t-tieni darba li Keith Schembri rrifjuta li jiltaqa’ mal-membri tal-Parlament Ewropew. L-ewwel okkażjoni kienet il-famuża laqgħa tal-Kumitat PANA f’pajjiżna li investiga l-iskandlu tal-Panama Papers.
Fi stqarrija n-Network tas-Soċjeta’ Ċivili kien qal illi jistenna li llum l-Prim Ministru jaħti ordni preċiż u inekwivoku liċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri sabiex jiltaqa’ mal-Membri Parlamentari Ewropej li jinsabu fostna u jwieġeb pjenament u bil-fomm għall-mistoqsijiet li jagħmlulu.
//= $special ?>