L-appell tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia lill-Prim Ministru biex iġorr ir-responsabbiltà politika għas-sigurtà ta’ Jonathan Ferris, flimkien mad-dikjarazzjoni ta’ Jonathan Ferris li sfida indirettament lill-Ministru Carmelo Abela, jiddominaw l-istejjer ewlenin fl-ewwel paġna tal-ġurnal In-Nazzjon.
Il-ġurnal ukoll jirrapporta l-laqgħat importanti li kellu l-Kumitat ta’ MEPs ma’ diversi awtoritajiet u ġurnalisti fl-investigazzjonijiet tiegħu dwar l-istat tas-Saltna tad-Dritt f’Malta.
Fil-paġni tal-analiżi nsibu l-opinjoni ta’ Joe M. Zahra u r-riflessjoni ta’ Fr. Mario Attard.
//= $special ?>