Lokali

Omm u żewġ uliedha rrappurtati nieqsa

Fidan Arslan, ta’ 31 sena, flimkien maż-żewġ uliedha minuri Arsian Gezal ta’ 10 snin u Seyma ta’ sentejn kienu rrappurtati nieqsa lill-Pulizija.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li t-tliet persuni dehru l-aħħar fis-17 ta’ Novembru fl-inħawi ta’ Ħal Far. L-omm kienet liebsa ‘hijab’ bajda u libsa twila ħadra bl-iswed, filwaqt li Arsian kienet liebsa flokk abjad u qalziet blu u Seyma kienet liebsa flokk aħmar u qalziet blu.

Il-Pulizija qed tappella għall-għajnuna tal-pubbliku, b’min jara lit-tliet persuni hu mitlub iċempel, anke b’mod kunfidenzjali, fuq 21224001 jew 119. Wieħed jista’ jmur ukoll fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.