Numru ta’ nies niżlu fit-triq sabiex iwasslu l-messaġġ tagħhom – dik ta’ ġustizzja u dispjaċir għas-sitwazzjoni li jinsab fih pajjiżna.
Waqt li d-delegazzjoni Ewropea kienet qed toqrob Dar l-Ewropa fil-Belt Valletta fejn kellhom jindirizzaw konferenza tal-aħbarijiet fi tmiem il-jumejn ta’ investigazzjoni f’Malta – numru ta’ attivisti mblukkaw parti Triq San Pawl fil-Belt Valletta sabiex jiltaqgħu u jwasslu l-messaġġ tagħhom lill-Membri Ewroparlamentari li ġew Malta.
Hekk kif il-vann bid-delegazzjoni fiha waqaf f’nofs ta’ triq – id-delegati niżlu jiltaqgħu mad-demostranti filwaqt li komplew fi triqithom lejn Dar l-Ewropa.
Net News tkellem ma’ wħud mill-attivisti li kienu jinsabu fil-Belt Valletta, fejn dawn saħqu li huma qegħdin jimblukkaw it-triq biex jiltaqgħu mad-delegati u jwasslu t-tħassib tagħhom. Minn naħa l-oħra, żagħżugħ preżenti stqarr ma’ Net News li kien jinsab mal-bqija tad-dimostranti biex jwaqqaf il-kultura ta’ immunita’.
Dawn id-dimostranti f’idejhom żammew kartelluni b’diversi messaġġi lejn id-delegazzjoni Ewropea – bħal dak tal-appell biex tirrenja f’Malta is-Saltna tad-Dritt.
//= $special ?>