Wasal iż-żmien li naħsbu bis-serjetà dwar il-funzjoni tal-Kunsilli Lokali. Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt li kien qed jindirizza Konferenza tal-Kulleġġ Kunsilliera Lokali tal-Partit Nazzjonalista.
Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista jrid juri viżjoni ġdida li tirrivoluzzjoni l-mod kif jopera Kunsill Lokali sabiex ikun aktar effettiv, u jtejjeb tassew il-ħajja tan-nies fil-komunitajiet.
Adrian Delia qal li qal li l-esperiment ta’ deċentreliżżazzjoni li introduċa Gvern Nazzjonaslita issa għalaq 25 sena, u minkejja li kien ta’ suċċess irridu nistaqsu mill-ġdid x’nistgħu nagħmlu biex intejjbu l-lokalitajiet tagħna.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista staqsa jekk il-Kunsili Lokali humiex qed jinbidlu f’bordijiet ta’ amministrazzjoni aktar milli fora li jaħdmu b’mod attiv biex jgħollu l-istandards tar-residenti tal-bliet u l-irħula tagħna.
Il-Kunsilli Lokali iridu jkunu l-katalisti li jibnu s-sens ta’ appartenenza fil-komunitajiet u jkomplu jiżviluppaw l-identità vera tal-Maltin, qal Adrian Delia. Huwa qal li l-Kunsilliera Loali għandhom ikunu vokati sabiex jagħmlu d-differenza vera. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-liġi issa jmiss li tiġi riformata b’tali mod li tħalli lill-Kunsilliera iwettqu xogħolhom.
//= $special ?>