Raġel ta’ 51 sena, residenti Għajnsielem, Għawdex tressaq quddiem il-Maġistrat Dr P Coppini LLD fil-Qorti ta’ Għawdex.
Huwa kien akkużat li fl-30 ta’ Novembru 2017, ġewwa l-awla tal-Qorti ta’ Għawdex, hedded, għajjar, kiser il-buon ordni u ma obdiex l-ordnijiet leġittimi tal-awtorita’.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u ingħata l-liberta’ taħt diversi kundizzjonijiet u ġie ordnat iħallas depositu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €3,000.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.
//= $special ?>