Lokali

Jiġu salvati minn ħelikopter wara li nqabdu qalb il-blat

Mewġ qawwi ġar id-dgħajsa fuq il-blat li hemm fl-inħawi magħrufa tal-Munxar, f'Marsaskala.

Tlett irġiel ġew salvati permezz ta’ ħelikopter u ttieħdu lejn l-isptar Mater Dei wara li d-dgħajsa tagħhom inqabdet bejn il-blat f’Marsaskala.

Il-Pulizija qalu li l-irġiel ċemplu biex jitolbu l-għajnuna għall-ħabta tat-8 ta’ filgħodu. L-irġiel qalu li l-mewġ qawwi ġarhom fuq il-blat li hemm fiż-żona magħrufa bħala tal-Munxar.

B’kawża ta’ dan il-Forzi Armati u l-pulizija marru fuq il-post biex jeħilsu lill-irġiel mill-periklu li kienu fih. Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.

Il-pulizija qed tinvestiga aktar dan il-każ.