L-eksgowlkiper ta’ Inter Julio Cesar irtira mill-futbol fl-eta ta’ 38 sena. Cesar attwalment kien qed jilgħab ma’ Benfica u kellu kuntratt li kien se jintemm fi tmiem dan l-istaġun imma kontra kull mistenni hu ħabbar li kien se jinħall minn mal-kuntratt u jirtira mill-futbol immedjatament.
Bla dubju l-akbar suċċess għal Julio Cesar hu meta dan rebaħ it-‘Treble’ ma’ Inter fl-2010.
Ma’ Inter hu rebaħ ħames darbiet il-kampjonat, tliet darbiet il-Coppa Italia, erba’ darbiet is-Super Cup Taljana u t-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs.
Wara l-esperjenza tiegħu ma’ Inter Julio Cesar mar jilgħab l-Ingilterra ma’ QPR u wara mar il-Kanada ma’ Toronto. Ma’ Benfica kien ilu jilgħab tliet snin qabel ma ħabbar li rtira mill-futbol.
Handanovic iġedded il-kuntratt
Il-gowlkiper attwali ta’ Inter Samir Handanovic ġedded il-kuntratt tiegħu mat-tim sa Ġunju tal-2021.
Handanovic, li hu mis-Slovenja ingħaqad ma’ Inter f’Lulju tal-2012 u minn dakinhar ‘l hawn dejjem kien in-numru wieħed bejn il-lasti tat-tim.
Dan l-istaġun qed ikollu wirjiet mill-aqwa u għen lil Inter biex sa issa għadhom bla telfa fil-kampjonat.
//= $special ?>