Lokali

#OccupyJustice tikkundanna l-aġir ta’ Keith Schembri

L-organizzazzjoni #OccupyJustice esprimiet id-diżappunt u tikkundanna l-aġir ta’ Keith Schembri wara li dan irrifjuta li jiltaqa’ mad-delegazzjoni tal-Membri parlamentari Ewropej tal-partit oppost waħdu u wara li rrifjuta li jwieġeb mistoqsijiet wara li kellhom laqa’ mal-Prim Ministru ilbieraħ.

Schembri irrefera għall-inkjesta ġudizzjarja li għadha għaddejja bħala skuża sabiex ma jweġibx il-mistoqsijiet tal-Membri parlamentari Ewropej. Dan meta l-ebda proċeduri ġudizzjari ma jistu’ iwaqqfu lil ħadd milli jitkellem. Iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru għandu l-obligu li jitkellem u jwieġeb mistoqsijiet dwar l-azzjonijiet tiegħu. Għaldaqstant, l-organizzazzoni issaqsi x’qed jipprova jaħbi Kieth Schembri u għaliex il-Prim Ministru jibqa’ jinsisti li jipproteġih.

L-oganizzazzjoni #OccupyJustice ġew ikkritikati mill-kelliem għal Prim Ministru, Kurt Farrugia, ftit tal-minuti biss wara l-laqgħa mal-Prim Ministru tat-tmienja ta’ Novembru. Dan għaliex saħqu li ma ridux ikunu parti mid-diskussjonijiet wara li l-Prim Ministru għamel dikjarazzjoni pubblika li ma kellu l-ebda intenzjoni li jaċċetta l-proposta sabiex il-Kummissarju tal-Pulizzija u l-Avukat Ġenerali jirreżenjaw. Madnakollu, il-fatt li Kieth Schembri irrifjuta il-mistoqsijiet tal-MEPs kienet azzjoni għal kollox aċċettata mil-gvern.

#OccupyJustice jixtieq ifakkar lill-pubbliku, fil-protesta ta’ għada, organizzata mic-Civil Society Network, li tibda fl-erbgħa quddiem il-Qorti f’Malta. Huma saħqu li għandna nibqgħu nsaqsu għal-ġustizzja u naraw li din isseħħ. Din id-dimostrazzjoni se tkun indirizzata fost oħrajn minn Antonio Di Pietro.