Rapporti mis-Sirja qalu li qawwiet ta’ Iżrael sparaw missili tat-tip surface-to-surface lejn stallazzjoni militari li tinsab ‘il barra mill-kapitali Damasku. It-Televiżjoni Sirjana qalet li l-attakk seħħ matul il-lejl li għadda u li l-missili kkaġunaw il-ħsara. Intant, is-Sirjani qalu wkoll li żewġ missili kienu interċettati, b’Iżrael ma jikkonfermax li kien wettaq din l-azzjoni.
Osservaturi ma’ grupp għad-drittijiet umani wkoll irrappurtaw ‘splużjonijiet’ qrib Damasku, b’dawn jissuspettaw li l-kawża kienu missili sparati minn Iżrael. Kien indikat li l-attakk seħħ qrib l-inħawi ta’ El-Kiswah, u li l-isparatura ‘qerdet depot tal-armi’ ‘il hinn minn Damasku.
L-Iżraeljani, fil-passat, attakkaw siti għall-armamenti bil-għan li jwaqqfu movimenti tal-armi lejn il-militanti Lebaniżi Iżlamiċi tal-Hezbollah, li huma alleati tar-reġim f’Damasku, immexxi mill-President Sirjan Bashar al-Assad.
//= $special ?>

